Wara l-Prim Ministru tan-Norverġja lbieraħ, kien imiss issa lill-President tal-Litwanja Dalia Grybauskaitė biex tiġi għal żjara uffiċjali f’pajjiżna.
Fil-ftit minuti li kienet preżenti l-midja, il-Prim Ministru Joseph Muscat irrimarka li għalkemm qed tingħata l-priorità lill-Mediterran u l-isfidi li jġib miegħu, fl-ebda ħin m’humha qed jintesew il-pajjiżi tal-Lvant.
Filwaqt li ż-żewġ mexxejja semmew il-Brexit bħala sfida ewlenija fix-xhur li ġejjin, il-President tal-Litwanja qalet li l-Presidenza Maltija ġiet fi żmien fejn id-dinja inġenerali qed tkun iffaċċjata b’ħafna sfidi, u ddeskriviet lil Malta bħala l-pajjiż tajjeb biex jgħin issolvihom.
Hija rringrazzjat lill-Prim Ministru Malti tal-ħin li sab f’ġurnata meta proprju fiha qed isiru l-aħħar tħejjijiet biex għada pajjiżna jilqa’ l-Mexxejja Ewropej għall-Malta Summit.
Ritratt: DOI – Kevin Abela