Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel wasal f’pajjiżna u fil-bidu taż-żjara uffiċjali tiegħu ra mill-qrib il-ħidma strateġika u li twettaq l-Forzi Armati ta’ Malta fuq il-kosta Maltija.
Flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, Charles Michel ra l-aħħar investimenti li qed isiru fl-armata.
Fuq ħelikopter il-Prim Ministru Robert Abela semma l-isfidi li jaffaċċjaw is-suldati Malta waqt operazzjonijiet ta’ salvataġġ li jwettqu fil-baħar Mediterran b’rabta mal-immigrazzjoni.
Aktar qabel mar jilqa’ lil Charles Michel fl-ajruport, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo.
Mal-wasla tiegħu f'pajjiżna, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel seta' jsegwi mill-qrib il-ħidma strateġika…
Posted by Robert Abela on Wednesday, September 16, 2020







