Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel bħalissa jinsab f’Baku l-Ażerbajġan fejn iltaqa’ mal-President Ilham Aliyev.
Il-Ħadd, Michel sellem lill-vittmi tal-aggressjoni Sovjetika kontra l-Ażerbajġan, hekk kif il-pajjiż din is-sena se jkun qed ifakkar it-30 anniversarju minn mindu sar stat indipendenti.
Qabel il-wasla tiegħu fl-Ażerbajġan, il-President tal-Kunsill Ewropew kien fl-Armenja fejn hemmhekk kellu laqgħat mal-Prim Ministru Armen Nikol Pashinyan.