Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel jinsab fuq żjara fil-Libja, fejn iltaqa’ mal-Prim Ministru l-ġdid Libjan, Abdul Hamid Dbeibah.
Fuq Twitter, il-President tal-Kunsill Ewropew qal kif huwa żar il-belt kapitali tal-Libja, Tripli f’mument ta’ tama għall-poplu Libjan.
Charles Michel qal kif l-Unjoni Ewropea hija lest li żżid is-sapport tagħha sabiex il-Libja tkun stabbli.