Tul il-jum tal-Erbgħa, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, żaret iż-żoni l-aktar milqutin mill-maltemp qawwi tal-aħħar jiem fis-Slovenja.
Dan kawża tat-temp estrem li laqat il-kontinent Ewropew, fejn waqt li pajjiżi kienu qed jiġġieldu n-nirien minn sħana tar-rekords, oħrajn intlaqtu minn maltemp qawwi, inkluż għargħar.
Fi tmiem il-ġimgħa, fis-Slovenja, f’temp ta’ 24 siegħa niżlet xita daqskemm tagħmel matul xahar sħiħ u li ħasad il-ħajja ta’ tliet persuni.
Skont rapporti fil-midja qed ikun stmat li d-danni f’dan il-pajjiż kważa tal-maltemp hija ta’ nofs biljun ewro.
Hawnhekk il-President tal-Kummissjoni Ewropea kellha laqgħa mal-Prim Ministru tal-pajjiż, Robert Golob.
F’kummenti mal-midja, Von der Leyen uriet is-solidarjetà maċ-ċittadini li ntlaqtu mill-maltemp.
Von der Leyen qalet li l-Unjoni Ewropea hi ta’ spalla għal dan il-pajjiż milqut, hekk kif se jingħata pakkett finanzjarju ta’ €400 miljun, bil-għan li jerġa’ jinbena mill-ġdid.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen qal “And of course, we stand we are with our friend, we stand by Slovenia. Slovenia can count on Europe.”