Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Amerika ikkundannaw l-attakk fuq l-istazzjon tal-ferrovija fl-Ukrajna.
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà Josep Borrell sejjaħ dan l-attakk bħala tentattiv ieħor biex jingħalqu ż-żoni li minnhom qed jaħarbu l-Ukreni minnhom.
Borell flimkien mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen jinsabu f’Bucha l-Ukrajna.
Fuq Twitter von der Leyen wasslet messaġġ lill-Ukreni u sostniet li dawk responsabbli għal dawn l-attroċitajiet li qed iseħħu ser jaffaċċjaw il-ġustizzja.
Intant, l-Unjoni Ewropea qablet dwar aktar sanzjonijiet kontra r-Russja.
AQRA WKOLL: