Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen żaret ir-reġjun ta’ Emilia Romagna, fl-Italja, li l-ġimgħa l-oħra kien affettwat minn għargħar.
Hawnhekk il-President tal-Kummissjoni Ewropea ltaqgħet mal-Prim Ministru Taljan, Giorgia Meloni, fejn qalet li l-Ewropa se tkun wara l-Italja biex tgħin sabiex dan ir-reġjun jerġa’ jmur għan-normal mill-aktar fiss.
Kawża ta’ dan l-għargħar, 15-il persuna tilfu ħajjithom.
Intant, il-Gvern Taljan nieda pakkett finanzjarju ta’ €2 biljun sabiex jgħin lil dawk li ntlaqtu minn dan l-għargħar, fosthom bdiewa u anki sidien ta’ negozji.