Fit-tieni jum taż-Żjara Statali, il-President tal-Kroazja, Zoran Milanović żar il-KonKatidral ta’ San Ġwann.
Huwa seta’ jitpaxxa bl-arti u l-istorja rikka tal-KonKatidral, fosthom il-pittura tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann.
Iż-Żjara Statali ta’ jumejn ser tintemm illum, hekk kif il-President Zora Milanović, martu Sanja Milanovic u d-Delegazzjoni Kroata se jħallu pajjiżna għall-ħabta tas-13:50 b’titjira mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.