Iż-żjara tal-President tal-Kosovo Hashim Thaçi, beda ż-żjara tiegħu f’pajjiżna. Bl-ewwel laqgħa tkun mal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca li fissret din iż-żjara bħala waħda ta’ ħbiberija li minnha jibbenefikaw iż-żewġ pajjiżi.
Dan fiż-żmien li l-Kosovo qed tkompli taħdem, bl-għan li ssaħħaħ ir-reputazzjoni u r-rispett bħala Nazzjon indipendenti wara li kien maħkum għal numru ta’ snin mis-Serbja.
Il-President Maltija tenniet li tixtieq tara aktar sinerġija ekonomika bejn Malta u l-Kosovo. Hija fissret li pajjiżna se jkun qed joffri l-assistenza tiegħu għall-programm ekonomiku li qed jitfassal mill-Kosovo.