Il-President tal-Irlanda, Michael D. Higgins żar it-Tempji ta’ Ħaġar Qim.
Dan waqt l-aħħar jum tiegħu f’pajjiżna bħala parti minn żjara statali.
F’dawn it-tempji, li nbnew bejn is-snin 3,600QK u l-2,500QK u li huma mniżżla fil-Lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, il-President Irlandiż ġie mgħarraf aktar dwar l-istorja ta’ dawn it-tempji. Dan anke wara li huwa stess staqsa għadd ta mistoqsijiet dwar din l-arkitettura importanti.
Il-President Irlandiż spjega li ġewwa l-Irlanda hemm tempji li huma simili għal dak ta’ Ħaġar Qim, iżda mhumiex daqshekk qodma u kbar.
Huwa ltaqa’ wkoll mal-ħaddiema ta’ Heritage Malta u faħħar il-ħidma tagħhom biex jippreservaw il-wirt nazzjonali ta’ Malta.