Il-President tal-Haiti, Jovenel Moïse, inqatel f’attakk fir-residenza privata tiegħu.
Tħabbar dan mill-Aġent Prim Ministru tal-Haiti, Claude Joseph.
Spjega kif numru ta’ persuni li kienu armati daħlu fir-residenza tal-President li tinsab f’Port-au-Prince fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.
Qed ikun irrapportat ukoll li mart il-President indarbet fl-attakk.
Moïse għandu 53 sena u kien inħatar President fi Frar tal-2017.