Il-President tal-Filippini Rodrigo Du-ter-te ħabbar li se jkun qed jirtira mill-politika u mhux se jerġa’ jikkontesta għall-elezzjonijiet is-sena d-dieħla.
Ix-xahar li għadda, Duterte li għandu 76 sena kien qal li se jkun qed jikkontesta għall-viċi presidenza li se ssir is-sena d-dieħla, minkejja li x-xahar li għadda indika mod ieħor.
Il-President Filippin, li huwa deskritt bħala kontroversjali, tela’ bil-wegħda li jnaqqas il-kriminalità u l-kriżi tad-droga fil-pajjiż.
Madanakollu, kritiċi politiċi jgħidu li fil-ħames snin li ilu president, hu awtorizza lill-pulizija biex iwettqu atti li jwasslu għal qtil ta’ suspettati ta’ traffikanti tad-droga, f’dik li msejħa l-gwerra tiegħu kontra d-droga.