Għadha kemm tħabbret il-mewt tal-President tal-Emirati Għarab Magħquda, ix-Xejk Khalifa bin Zayed al Nahyan.
L-aġenziji tal-aħbarijiet Statali qalu li huwa miet fl-għomor ta’ 73 sena, u ħabbru perjodu ta’ 40 jum ta’ luttu.
Ix-Xejk Khalifa kien it-tieni President ta’ dan il-pajjiż importanti tal-Golf Għarbi, u kien ilu fil-kariga sa mill-2004.
Jibqa’ magħruf għal kif, minn grupp ta’ seba’ emirati ċkejknin fid-deżert, ittrasforma lil pajjiżu f’wieħed ta’ prominenza dinjija.