Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde, kellha kummenti favorevoli dwar l-ekonomija Maltija u tat ċertifikat pożittiv lill-Bank Ċentrali ta’ Malta, l-istituzzjoni li għandha bħala l-mira ewlenija tagħha ż-żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet fil-pajjiż.
F’messaġġ li bagħtet fl-okkażjoni tal-55 anniversarju tal-Bank, Lagarde faħħret lil Bank għas-sens ta’ fiduċja li huwa mnebbaħ minnha, u li kien meħtieġ biex Malta twettaq l-ambizzjoni li ssir ekonomija Ewropea moderna.
Minkejja l-isfidi straordinarji li qed iħabbtu wiċċhom kemm l-Ewropa kif ukoll il-bqija tad-dinja bħalissa, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew tkellmet b’ton ottimist.
“Illum, l-ekonomija ta’ Malta tibbenefika minn settur dinamiku tas-servizzi mmirat lejn l-esportazzjoni. Matul dawn iż-żminijiet imprevedibbli, l-ekonomija globali li qed tinbidel tippreżenta sfidi sinifikanti għal Malta, iżda l-Ewropa hija sors ta’ reżiljenza f’dawn iż-żminijiet imprevedibbli. Post Malta huwa bis-sħiħ fil-qalba tal-Ewropa,” ikkummentat Lagarde.
Hija qalet ukoll li l-analiżi u l-għarfien espert tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jikkontribwixxu qatigħ biex tiġi żgurata s-sodezza tad-deċiżjonijiet li jittieħdu fis-Sistema tal-Ewro u, għalhekk, għall-istabbiltà fil-prezzijiet.