Il-President taċ-Ċina, Xi Jinping, jinsab f’Moska għal żjara ta’ jumejn li se tinkludi diskussjonijiet mal-President tar-Russja, Vladimit Putin.
Din hija l-ewwel darba li l-President Ċiniż żar ir-Russja minn meta t-truppi Russi invadew lill-Ukrajna.
Huwa mistenni jiltaqa’ għall-ikel ma’ Putin aktar tard illum, filwaqt li d-diskussjonijiet formali se jsiru għada t-Tlieta.
Din iż-żjara qed issir ġranet wara li l-Qorti Kriminali Internazzjonali ħarġet mandat ta’ arrest għal Putin dwar allegat reat tal-gwerra.
Beijing iddeskriviet din iż-żjara bħala waħda ta’ “ħbiberija u paċi”, filwaqt li r-Russja qalet li l-mexxeja se jiddiskutu “sħubija komprensiva u ko-operazzjoni strateġika”.