Il-President taċ-Ċina Xi Jinping appella lil Donald Trump u l-Korea ta’ Fuq biex jevitaw kliem u azzjonijiet li jistgħu jigravaw it-tensjoni.
Trump u l-Korea ta’ Fuq ilhom jgħaddu battibekki retoriċi bejn xulxin, mil-President Amerikan jhedded li se jattakka bl-iktar mod b’saħħtu lill-Korea ta’ Fuq.
Iżda ċ-Ċina, l-ikbar alleat tal-Korea ta’ Fuq, appellat għat-trażżin.
Stqarrija tal-White House qalet li l-Istati Uniti u ċ-Ċina jaqblu li l-Korea ta’ Fuq għandha twaqqaf l-imġieba provokattiva tagħha.