Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca żaret bosta sptarijiet f’Londra, fosthom il-Great Ormond Street. F’dawn l-isptarijiet bosta Maltin u Għawdxin qegħin jingħataw il-kura.
Il-President irringrazzjat it-tmexxija u l-ħaddiema li jaħdmu f’dawn l-isptarijiet għall-kura u l-għajnuna li jagħtu lill-pazjenti Maltin f’dawn l-isptarijiet.
F’din iż-żjara l-President Coleiro Preca kienet akkumpanjata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.