Il-President ta’ Malta, George Vella, flimkien ma’ martu Miriam Vella, se jżuru pazjenti Maltin li qed jingħataw il-kura f’Londra.
Matul iż-żjara ta’ erbat ijiem, il-President u s-Sinjura Vella se jiltaqgħu wkoll mal-qraba tal-pazjenti li bħalissa qed jibbenefikaw mill-għajnuna tal-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
Huma se jżuru l-appartamenti ta’ Puttinu Cares u s-Sorijiet Franġiskani u Agostinjani li jospitawhom.
Se jiltaqgħu wkoll ma’ wħud mill-kirurgi Maltin u barranin li jieħdu ħsieb lill-pazjenti Maltin f’Londra.
Sakemm il-President ikun Londra, is-Sinjura Dolores Cristina se sservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.