Il-President ta’ Marie-Louise Coleiro Preca ngħatat premju minn Nazzjonijiet Magħquda għall-ħidma li għamlet favur aktar ugwaljanza bejn is-sessi. Matul iċ-ċerimonja f’ New York, il-President ingħatat il-premju ta’ ‘Agent of Change Award’, li jintrebaħ minn mexxejja nisa li jinspiraw bidla.
Qabel ma ngħatat dan il-premju ta’ rikonoxximent, Lakshmi Puri, li hija d-deputat Direttur eżekuttiv tan-Nazzjonijiet Magħquda, faħħret lill-President Marie Louise Coleiro Preca . Fid-diskors tagħha hija stqarret li kienu impressjonati bil-ħidma bla heda li għamlet il-President fejn tidħol ugwaljanza bejn is-sessi u li hi kienet ta’ eżempju mhux biss f’pajjiżna iżda anka għall-pajjiżi l-oħra tal-Commonwealth.
B’reazzjoni għal dan il-premju, il-President ta’ Malta, stqarret li ma stennietx dan il-premju u li tiġġieled għall-ugwaljanza għaliex temmen li n-nisa għandhom jipparteċipaw aktar fis-soċjetá u li minkejja li sar progress kbir, fadal aktar xi jsir biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni ibażata fuq il-ġeneru.