Dalgħodu, l-President Myriam Spiteri Debono ħalliet Malta għar-Renju Unit, fejn nhar it-Tlieta li ġej se tindirizza dibattitu organizzat mill-Oxford Union.
Matul is-snin, dan id-dibattitu storiku laqqa’ lill-mexxejja minn madwar id-dinja, kif ukoll ħassieba u esperti minn diversi oqsma, mal-membri tal-Oxford Union għal diskussjonijiet dwar suġġetti topiċi u attwali.
Minbarra dan l-impenn uffiċjali, il-President se jkollha wkoll sensiela ta’ laqgħat oħra fir-Renju Unit, li se jiffukaw fuq l-appoġġ li l-Malta Community Chest Fund tagħti lill-pazjenti li jkunu Londra għall-kura.
Għal dawn il-laqgħat se jattendu membri tal-Uffiċċju tal-President ta’ Malta kif ukoll uffiċjali tal-Malta Community Chest Fund, fosthom iċ-Chairperson Sina Bugeja.
Matul din iż-żjara, il-President tinsab akkumpanjata wkoll minn żewġha Dr Anthony Spiteri Debono.