Il-President ta’ Malta, George Vella flimkien mas-Sinjura Miriam Vella żaru Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. F’din iż-żjara l-President ingħata spjegazzjoni tax-xogħlijiet u l-proġetti li saru f’dawn l-aħħar xhur, li minkejja l-imxija tal-Covid-19, baqgħu għaddejjin ġmielhom.
Fost dawn il-proġetti kien hemm it-tiġdid u t-tisbiħ tal-bejt ta’ din il-binja storika, kif ukoll introduzzjoni ta’ Mużew Virtwali f’dik li kienet is-Sacra Infermeria.
Il-President faħħar dawn l-inizjattivi li bihom Dar il-Mediterran se tkun tista’ topera b’kompetittività ma’ postijiet oħra.
Dr. Vella tenna kif huwa dan l-ispirtu ta’ innovazzjoni u titjib kontinwu li għandu jkompli jmexxi din il-binja għall-konferenzi.
Preżenti wkoll għal din iż-żjara kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu u Julia Farrugia Portelli flimkien maċ-Chairman ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Kenneth Spiteri.
Il-Ministru Farrugia Portelli spjegat kif b’investiment ta’ €8 miljuni inawgurat ftit ilu komplu jżid mal-valur ta’ Dar il-Mediterran.
Intant, iċ-Chairman ta’ Dar il-Mediterran tenna bi pjaċir kif il-ħidma fuq dan il-bini qiegħed jiġi rikonoxxut b’permezz ta’ din iż-żjara.