Il-President George Vella laqa’ lis-Segretarju tal-Istat tas-Santa Sede, il-Kardinal Pietro Parolin, fi żjara ta’ kortesija li saret dalgħodu fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Iż-żewġ partijiet iddiskutew fit-tul il-gwerra fl-Ukrajna u ffokaw b’mod partikolari fuq il-konsegwenzi umanitarji devastanti tal-invażjoni Russa. It-tnejn qablu li l-invażjoni Russa fl-Ukrajna tirrappreżenta theddida diretta għas-sistema multilaterali.
Tkellmu wkoll dwar l-effetti tal-gwerra fuq ix-xenarju tal-enerġija globali u s-sigurtà tal-ikel.
L-iskambji ffokaw ukoll fuq kwistjonijiet oħra ta’ importanza reġjonali u internazzjonali li jvarjaw mill-migrazzjoni fil-Mediterran għall-preservazzjoni tar-regoli u l-istandards internazzjonali li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn l-istati.