Il-President ta’ Malta Dr George Vella waqaf biex jagħti l-għajnuna tiegħu lil sewwieq ta’ mutur li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.
Il-President, li huwa tabib, talab biex il-karozza li kien riekeb fiha tieqaf hekk kif kien għaddej mill-post fejn ftit qabel seħħ l-inċident, u mar jgħin lix-xufier li ndarab.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30am bejn vann u mutur.
Is-sewwieq tal-mutur li kien qed iġorr l-ikel, ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.