Il-President ta’ Malta George Vella rrimarka li l-periti, l-inġiniera, id-disinjaturi, l-amministraturi u l-leġiżlaturi, fl-oqsma rispettivi tagħhom, għandhom id-dmir li jiżguraw li fil-prattika ta’ kuljum tagħhom iżommu quddiem għajnejhom il-ġid komuni.
Dan qalu waqt id-diskors tiegħu matul il-Malta Il-President ta’ Malta George Vella attenda l-Malta Architecture and Spatial Planning Awards 2021, organizzati mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Fl-indirizz tiegħu, hu fakkar lill-periti li huma mhux biss periti tal-bini iżda wkoll periti tal-benesseri taċ-ċittadini u għaldaqstant ħeġġiġhom iżommu f’moħħhom li l-arkitettura kontemporanja hija l-wirt li se jħallu lill-ġenerazzjonijiet tal-futur.
Dr Vella għamel appell lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam ta’ arkitettura u pjanar biex ma jinjorawx il-parametri stabbiliti u ħeġġiġhom sabiex jiżviluppawhom aktar u jżommuhom rilevanti skont il-ħtiġijiet attwali.
Il-President ta’ Malta faħħar is-sottomissjonijiet kollha għal dan il-premju għaliex huma xhieda li huwa possibbli li tinstab armonija bejn l-estetika, il-funzjoni, l-effiċjenza, u l-innovazzjoni ta’ kull disinn, filwaqt li jiġi rispettat l-ambjent naturali, mibni jew storiku tal-madwar.
Intant, matul l-avveniment il-President tenna l-kundanna tiegħu għall-azzjoni militari u l-agressjoni fl-Ukrajna.
Hu rrakkomanda li d-diskussjoni terġa’ lura madwar il-mejda u li tiġi segwita t-triq tad-diplomazija.