F’indirizz qasir lin-nazzjon, il-President ta’ Malta George Vella reġa’ appella għall-kalma f’dan il-mument delikat għall-pajjiżna. “Ningħaqdu biex flimkien, bla ma nħarsu lejn wiċċ ħadd naraw li nħallu l-istituzzjonijiet jagħmlu xogħolhom u li sseħħ il-ġustizzja”, saħaq il-President tar-Repubblika. Dr. Vella żied jgħid li b’hekk biss nistgħu bil-mod il-mod nibdew lura t-triq għan-normalità.
Il-President ta’ Malta qal hemm stennija minnu biex ikun strument biex jiġi evitat l-agħar jekk is-sitwazzjoni fil-pajjiż tkompli tiggrava. Tenna li huwa qed jagħmel kollox li titlob il-Kostituzzjoni ta’ Malta. Huwa fakkar li fi stqarrija li ħareġ nhar il-Ħadd li għadda spjega x’inhuma parametri li tħallih taħdem fihom il-Kostituzzjoni ta’ Malta.