Il-President ta’ Malta George Vella jemmen li r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandhom jiġu rispettati u fejn huwa possibbli, jitwettqu.
Dan qalu fi stqarrija wara li ħa nota tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord tal-Inkjesta.
Dr Vella saħaq li għal darb’oħra li l-istrutturi ġudizzjarji għadhom jitħallew jaħdmu bla ebda ndħil jew pressjoni esterna, sabiex is-sistema ġudizzjarja tilħaq il-milja tagħha.
Il-President sostna li t-tluq għall-proċess ta’ fejqan jista’ jintlaħaq fl-ispirtu tal-Konferenza għall-Għaqda Nazzjonali li huwa sejjaħ fi Frar li għadda, u anke fil-ħidma tal-Fondazzjoni għall-Għaqda Nazzjonali li se tiġi mnedija fil-ġimgħat li ġejjin.