Il-President ta’ Malta George Vella laqa’ lis-Segretarju tad-Difiża Amerikan Mark T. Esper fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Fi stqarrija, l-uffiċċju tal-President stqarr li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Istati Uniti b’mod speċjali l-koperazzjoni fis-setturi tal-migrazzjoni, dwana, il-ġlieda kontra t-terroriżmu ġew diskussi fil-laqgħa.
Il-President Vella u s-Segretarju tad-Difiża ddiskutew ukoll s-sitwazzjoni li dejjem qiegħda tevolvi u tiżviluppa fil-Libja u fil-Lvant tal-Mediterran.
Il-President Malti emfasizza l-importanza tal-istabbilità u s-sigurtà fil-Mediterran.