Wara li l-proġett ta’ restawr fuq il-pitturi tal-Assedju l-Kbir ta’ Perez d’Allecio fis-Sala tat-Tron fil-Palazz tal-President ġie ffanlizzat, il-President ta’ Malta, George Vella żar il-proġett ta’ restawr fil-Belt Valletta.

Il-President ta’ Malta qal kif Ħames snin ta’ ħidma u impenn fuq rakkont viżiv ta’ dak li seħħ ftit aktar minn 450 sena ilu f’pajjiżna, issa huwa ffanlizzat u għalhekk qed nirrikonoxxu d-dedikazzjoni u l-perseveranza tar-restawraturi, wħud minnhom studenti Maltin kif ukoll barranin li ħadmu flimkien fuq proġett ambizzjuż.
Il-President kompla jgħid fuq l-isfidi li affaċja dan il-proġett u fakkar li dan il-proġett huwa wieħed minn tal-ewwel li wettqet l-Università ta’ Malta. Huwa sostna li proġetti bħal dawn juru r-riżorsi akkademiċi u intellettwali tant prezzjużi li għandu pajjiżna hekk kif dawn ir-restawraturi jagħtu kontribut ferm u ferm aktar b’saħħtu għat-tisħiħ tal-ġid komuni.
