Il-President Marie-Louise Coleiro Preca kellha laqgħa mal-President tar-Repubblika tal-Italja, Sergio Mattarella.
Waqt din il-laqgħa ġiet diskussa l-aġenda tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ġew diskussa wkoll it-temi li ser jkunu qed jiġu trattati waqt il-laqgħa tal-grupp tal-Presidenti mhux eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea, il-grupp Arraiolos, li ser ikun qiegħed jiltaqa’ f’Malta f’Settembru li ġej.
Iż-żewġ Presidenti iddiskutew ukoll ir-relazzjoni eċċellenti bejn Malta u l-Italja, anke fid-dawl taż-żjara Statali li ser ikun qiegħed jagħmel il-President Mattarella f’Malta aktar tard din is-sena.