Fi żjara li għamel il-President ta’ Malta George Vella lill-kumpanija Lufthansa Technik Malta, kien innotat b’sodisfazzjon ix-xogħol li qed isir mill-kumpanija li taħdem fl-industrija tal-avjazzjoni.
Il-President Vella laqa’ wkoll il-fatt li timpjega ’l fuq minn 550 ħaddiem, bil-maġġoranza kważi assoluta tagħhom Maltin.
Hu qal li din l-industrija ma kinitx parti mis-snajja tradizzjonali tal-Maltin imma l-opportunitajiet f’dan il-qasam flimkien mal-kapaċitajiet tal-ħaddiema wasslu biex il-prattiċi tagħhom ġew żviluppati b’mod li saħansitra huma implimentati madwar id-dinja fejn topera Lufthansa Technik.