Il-President Russu Vladimir Putin, talab lill-Ukrajna għal taħditiet wiċċ imb’ wiċċ dwar il-paċi, fil-15 ta’ Mejju. Huwa saħaq li dawn it-taħditiet għandhom isiru fil-belt Torka, Istanbul.
Intant Il-Prim Ministru Ingliż, Keir Starmer, flimkien ma’ mexxejja oħra minn Franza, il-Ġermanja u l-Polonja ltaqgħu mal-President Ukren, Volodymyr Zelensky u talbuh biex jikkunsidra din it-talba minn Putin. Minkejja dan, l-Ukrajna għadha ma wieġbitx l-istedina.
Minn naħa tiegħu l-President Amerikan, Donald Trump kiteb fuq il-pjattaforma tiegħu, Truth Social jisħaq li t-talba ta’ Putin tfisser li hija aħbar mill-isbaħ għar-Russja u l-Ukrajna. Huwa qal li eluf ta’ nies jistgħu jkunu salvati jekk din il-gwerra qattiela tasal fi tmiema.