Il-President Russu Vladimir Putin qal li huwa miftuħ għal taħditiet ta’ paċi mal-Ukrajna fis-Slovakkja, jekk jiġu għal dak il-qbil.
Putin qal li l-Prim Ministru Slovakk Robert Fico, li din il-ġimgħa kien fir-Russja, offra lil pajjiżu bħala post għan-negozjati.
Waqt li l-President Russu qal li l-awtoritajiet Slovakki jinsabu kuntenti li jipprovdu lil pajjiżhom bħala pjattaforma għan-negozjati, il-Ministru tal-Affarjiet Barranin Slovakk qal li dan huwa sinjal pożittiv.