Il-President Russu Vladimir Putin żar il-Korea ta’ Fuq għall-ewwel darba f’erbgħa u għoxrin sena.
Hawnhekk il-President Russu kellu laqgħa mal-mexxej ta’ dan il-pajjiż Kim Jong Un. Hawnhekk Putin wiegħed li se jgħin lil dan il-pajjiż, kemm fil-kummerċ u bil-att ta’ sigurtà. Dan bħala turija ta’ sapport kontra l-Istati Uniti.
Il-President Russu faħħar il-mod kif il-Korea ta’ Fuq qed iżżomm lura mill-influwenza Amerikana, ankik b’dak li sejjaħ bħala theddid mill-Amerikani.
Vladimir Putin innota kif l-Unjoni Sovjetika kienet l-ewwel pajjiż li rrikkonoxxiet lil dan il-pajjiż.