Il-President Russu Vladimir Putin wissa li jekk il-Belarus twettaq it-theddida li taqta’ l-provvisti tal-gass lejn l-Ewropa, tkun qed tmur kontra l-kuntratt li għandha mar-Russja. Dan wara li il-president tal-Belarus Alexander Lukashenko għamel din it-theddida.
F’kummenti dwar din it-theddida Putin stqarr li jaħseb li din it-theddida saret f’mument ta’ rabja.
Lukashenko qed jaffaċċja sanzjonijiet ġodda minħabba l-kriżi tal-immigranti li qed tiżdied fil-fruntiera mal-Polonja.
Eluf ta’ nies ġejjin mill-Iraq, is-Sirja u l-Jemen jinsabu jistennew f’temperaturi jxoqqu l-għadam bit-tama li jaqsmu lejn l-Unjoni Ewropea.