Il-President Russu, Vladimir Putin, jinsab f’Beijing fejn qed jiltaqa’ mal-President Ċiniż, Xi Jinping.
Din hija l-ewwel żjara internazzjonali ta’ Putin mill-bidu tal-ħames terminu Presidenzjali tiegħu, wara elezzjoni li fiha tellaq waħdu.
Din il-laqgħa, it-tielet waħda fi ftit iktar minn sena, qed issir fi sfond ta’ invażjoni qalila mir-Russja fl-Ukrajna, li issa ilha għaddejja aktar minn sentejn.
Tul dan iż-żmien, ir-Russja affaċċjat mijiet ta’ sanzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerka u alleati tagħhom, li għandhom l-għan li jheddu l-assi tal-gwerra ta’ Moska.