Il-President Russu, Vladimir Putin, wissa’ lil kull pajjiż li se jipprova jintervjeni fl-Ukrajna. Huwa qal lir-Russja għandha kull għodda neċessarja, kemm missili kif ukoll armi nukleari u, jekk ikun hemm bżonn, dawn jintużaw.
Putin qal dan fid-dawl tal-fatt li l-alleati tal-Ukrajna żiedu n-numru tal-armi li qed jibagħtu lill-Ukrajna biex tkompli tiġġieled lir-Russja. Il-ġimgħa l-oħra r-Russja bdiet attakk maġġuri sabiex tieħu wkoll ir-reġjun tad-Donbas.
Intant, fi żvilupp ieħor, il-Kummissjoni Ewropeja akkużat lir-Russja b’rikatt wara li l-Belt ta’ Moska waqqfet l-esportazzjoni tal-gass lejn il-Polonja u l-Bulgarija. Il-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, qalet li dan juri n-nuqqas ta’ affidabbiltà tar-Russja.