Il-President Myriam Spiteri Debono żaret l-Arkivji Nazzjonali fir-Rabat, fuq stedina tal-Arkivist Nazzjonali, Charles Farrugia.
F’din iż-żjara, il-President iltaqgħet mal-impjegati, il-voluntiera li jgħinu u mat-tmexxija, fejn ġie spjegat lilha d-diversi sezzjonijiet u x-xogħol li dawn jagħmlu.
Ġie enfasizzat mit-tmexxija l-urġenza li jkun identifikat sit biex jinbena arkivju nazzjonali biex ikun salvagwardjati d-dokumenti li jiġbru l-istorja u l-memorja kollettiva tal-Maltin.
Waqt li qablet mat-tmexxija dwar il-bżonn ta’ sit idoneu, il-President Spiteri Debono saħqet fuq il-bżonn li d-dokumenti ma jibqgħux f’siti differenti, iżda jkunu miġbura f’post wieħed.