Il-President tar-Repubblika Myriam Spiteri Debono żaret il-Business Career Expo 2024, li ttellgħet b’kollaborazzjoni bejn l-MCAST u l-Institute of Business, Management and Commerce (IBMC) f’Raħal Ġdid, bil-għan li tagħti diversi opportunitajiet fil-karriera tan-negozju.
Hawnhekk il-President enfasizzat ir-rwol ewlieni tal-istudenti bħala l-futur tal-pajjiż.
Il-Prinċipal tal-MCAST, il-Professur Joachim James Calleja, enfasizza l-importanza tal-Expo li tgħaqqad l-akkademja mal-imsieħba fl-industrija.
Permezz tal-attività, l-istudenti mhux biss kisbu aktar għarfien dwar il-prospetti tal-futur għall-karrieri li jitgħu jaqbdu, iżda wkoll għenithom jiżviluppaw ħiliet essenzjali ta’ netwerking.
F’din l-okkażjoni wkoll ġiet ippreżentata donazzjoni ta’ madwar €7,500 lill-President tar-Repubblika, f’isem il-Malta Community Chest Fund.