Il-President ta’ Malta Dr George Vella qal li hu u s-Sinjura tiegħu Miriam Vella mhux se jattendu fiżikament għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Istrina.
Dan wara li jinsabu fi kwarantina wara li saru jafu li persuna li kellhom kuntatt magħha nhar it-Tnejn li għadda rriżultat pożittiva għall-Covid-19.
Il-President saħaq dan waqt kollegament li għamel fil-programm Kalamita fuq ONE.
Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-President it-Tnejn intqal kif il-President u s-Sinjura tiegħu għamlu test li rriżulta fin-negattiv għall-Covid-19 iżda ddeċidew li xorta waħda li jagħmlu kwarantina bħala miżura ta’ prekawzjoni.