Il-President Taljan Segio Mattarella, wasal Malta dalgħodu għall-żjara statali ta’ jumejn. Huwa ntlaqa’ fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela.
Mal-wasla tiegħu huwa ngħata merħba fi Pjazza San Ġorġ. Huwa jinsab għaddej f’taħdidiet uffiċjali mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fejn fi tmiemhom se jkunu qed jindirizzaw il-ġurnalisti.
Il-Presidenti skambjaw xi rigali fejn il-President ta’ Malta tatu karozzin tal-fulugranu u l-President Mattarella taha vażun tal-murano ta’ Venezja.
Wara mistenni ikollu taħdidiet ukoll mal-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll mal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Se jkun qed iżur ukoll postijiet t’interess kulturali.