Il-President Marie-Louise Coleiro Preca żaret il-monument tal-‘Bi-Centary’ f’Pendle Hill . Dan il-monument jirrapreżenta l-Maltin kollha li kienu jgħixu l-Awstralja, u juri l-erba’ simboli tas-salib tal-kavallieri.
Kull plakka tal-bronż tirrakonta l-istorja ta’ dawk il-Maltin li telqu minn pajjiżna u marru jgħixu fl-Awstralja, bl-għan li jkunu jistgħu joffru futur aħjar lil uliedhom fi żmien fejn Malta ma setgħetx toffri dan minħabba l-gwerra. Dan il-monument sar fis-sena 1988 sabiex ifakkar il-200 sena ta’ okkupazzjoni kolonjali fl-Awstralja.