Il-President George Vella se jattendi l-funeral tal-President tat-Tuneżija Beji Caid Essebsi fit-Tuneżija llum, 27 ta’ Lulju.
Beji Caid Essebsi kien l-ewwel President Tuneżin li ġie elett b’mod demokratiku lura fl-2014 u kien l-ixjaħ President fid-dinja.
Bħalissa Mohamed Ennaceur, l-ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Tuneżina, inħatar bħala interim President sakemm jiġi elett President ġdid.
Il-President George Vella ħalla Malta dalgħodu u mistenni jiġi lura llejla. Is-Sinjura Dolores Cristina se tkun Aġent President.