Il-President ta’ Malta George Vella kellu laqgħat mal-President tal-Kosovo Vjosa Osmani-Sadriu u mal-President tal-Albanija Ilir Meta ġewwa l-Palazz ta’ Sant’Anton.
Il-President Malti qal kif Malta tappoġġja liż-żewġ pajjiżi biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-President tal-Kosovo esprimiet l-apprezzament ta’ pajjiżha, li Malta rrikonoxxiet lil dan il-pajjiż.
Il-President tal-Albanija tkellem dwar il-koperazzjoni taż-żewġ pajjiżi dwar is-saħħa, l-edukazzjoni u s-servizzi finanzjarji.
