Pawlu Borg Bonaci u Sigmund Mifsud.
Flimkien dejjem lesti biex jivvintaw xi waħda.
Iżda, flimkien huma wkoll l-imħuħ wara Rockestra li din is-sena se ssir fit-28 ta’ Settembru.
Se tkun ukoll l-ewwel waħda tal-President George Vella li qalilna li hu xi ftit jew wisq kurjuż biex ikun jaf biex se joħorġu.
“Nirringrazzja lil Sigmund u Pawl li qegħdin itellgħu kunċert ta’ livell u għandi kurżità ta’ x’se jkun il-prodott”, stqarr il-President, George Vella.
Dik ta’ din is-sena se tkun il -11 –il edizzjoni bl-avveniment daħal sew fil-kalendarju tal-Maltin u l-Għawdxin.
Id-Direttur Artistiku tar-Rockestra Pawlu Borg Bonaci qal li t-tħejjijiet jinsabu fl-aqwa tagħhom.
Esprima l-ħsieb li anke jekk minn sena għall-oħra dejjem ħadmu biex itejjbu l-prodott, din is-sena tista’ tkun waħda mill-aqwa li qatt saru.
“Ħafna mużika rock. Mill-pilastri deep purple, għal mużika kontemporanja. Show kbir bid-dawl huwa l-ispettaklu u l-buzz”.
Id-direttur mużikali Sigmund Misud spjega kif Rockestra se jkollha wkoll element internazzjonali.
“Minn sena għal oħra nagħtu xi ħaġa aħjar. Elementi ġodda bl-input internazzjonali biex jintegraw iktar mat-talent lokali”.
Min jattendi Rockestra mhux biss jgħix lejla ta’ divertiment mill-isbaħ, iżda jkun qed jgħin ukoll lill-Malta Community Chest Fund.
Din is-sena qed issir ukoll bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Kultura u l-Ministeru tat-Turizmu.