Il-President ta’ Malta George Vella esprima t-tħassib serju tiegħu għall-iżviluppi li qed iseħħu fl-Ukrajna b’rabta mal-attakki mill-militar Russu.
Fi stqarrija, il-President Dr Vella ta l-appoġġ lill-Gvern u l-poplu Ukren.
Saħaq li eskalazzjoni rrappurtata fl-Ukrajna mhiex theddida biss għall-Ukrajna iżda għall-istabilità Ewropea u dinjija.
Il-President ta’ Malta ngħaqad mal-Komunità Internazzjonali u talab għall-irtirar tas-suldati, waqfien mill-ġlied u rispett sħiħ lejn is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
Saħaq li hemm bżonn sforzi biex kulħadd jirrispetta l-liġi internazzjonali biex is-sitwazzjoni ma tkompli tiddeterjora.