Il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ mal-ambaxxatriċi nominata tal-Kolombja Gloria Ramírez Ríos. L-ambaxxatriċi nominata ippreżentat il-kredenzjali tagħha lil President Vella.
Waqt il-laqgħa ġie diskuss kif ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Kolombja u tkellmu wkoll dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-proċess ta’ paċi fil-Kolombja.
L-ambaxxatri nominate Gloria Ramírez Ríos esprimiet l-apprezzamment ta’ pajjiżha għall-irwol li Malta ħadet biex tindirizza s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fil-Mediterran.