Il-President ta’ Malta George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Vella, se jibda żjara statali fil-Kroazja bejn is-26 u d-29 ta’ Ottubru wara stedina mill-President Kroat, Zoran Milanovic.
Minbarra laqgħa mal-President Milanovic, l-impenji uffiċjali tal-President ta’ Malta se jinkludu wkoll laqgħat uffiċjali mal-Prim Ministru Andrej Plenković u mal-President tal-Parlament Gordan Jandroković, kif ukoll ċerimonji uffiċjali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-delegazzjoni tal-President ta’ Malta se tkun tinkludi, fost l-oħrajn, lill-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici u lill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Kroazja John Spiteri.
Intant, sakemm il-President ikun il-Kroazja, is-Sinjura Dolores Cristina se sservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.