Il-President Myriam Spiteri Debono żaret il-faċilitajiet tal-easyJet Engineering fl-ewwel sena tagħhom f’Malta.
Din il-kumpanija tħaddem mal-400 persuna, fejn anke tati opportunitajiet lill-istudenti biex jagħmlu l-aprentistat, fejn bħalissa għandhom 70 student.

Il-President Myriam Spiteri Debono qalet ukoll li Malta tinsab fuq quddiem nett u sservi bħala ċentru strateġiku tal-Inġinerija fis-settur tal-avjazzjoni, u magħrufa għas-servizzi li jilħqu standards għoljin.
Id-Direttur tal-Inġinerija u l-Manutenzjoni ta’ easyJet irringrazzja lill-President li żaret il-kumpanija fl-ewwel anniversarju mill-faċilità tal-Inġinerija, filwaqt li semma l-istorja twila ta’ suċċessi tal-kumpanija f’Malta.
