Il-President ta’ Malta flimkien mas-Sinjura Miriam Vella żaru l-proċess tas-sorting u l-għadd tal-muniti li nġabbru fil-Piggy Bank bħala parti mill-Kampanja tal-Istrina.
F’din il-kampanja, mijiet ta’ karusijiet ġew imqassma fl-iskejjel primarji u sekondarji kollha f’Malta u Għawdex biex joħolqu kuxjenza dwar is-solidarjetà minn età żgħira. Dawn il-karusijiet imbagħad jinġabru u l-muniti jittieħdu fl-uffiċċju prinċipali tal-BOV f’Santa Venera fejn jingħaddu.
Prezenti kien hemm iċ-Chairman tal-BOV Deo Scerri, il-Kap Eżekkutiv tal-BOV Mario Mallia u l-Kap Eżekuttiv designate designate Rick Hunkin u ltaqgħu mal-voluntiera tal-Malta Community Chest Fund Foundation u l-impjegati tal-istess bank li kienu fil-proċess biex jissortjaw u jgħoddu l-ammont ta’ minuti miġburin waqt din il-kampanja.
Is-somma finali li nġabret minn din il-kampanja se tkun ippreżentata lill-President ta’ Malta waqt l-Istrina l-għada tal-Milied.