Il-President ta’ Malta Dr George Vella u s-Sinjura Miriam Vella llum żaru l-post fejn seħħ il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, fil-Bidnija.
Dan sar wara numru ta’ kuntatti, u qbil, bejn l-Uffiċċju tal-President u l-familja tas-Sinjura Caruana Galizia mit-3 ta’ Settembru lil hawn.
Il-President poġġa kuruna ta’ fjuri bħala turija ta’ sogħba u kundanna għall-qtil.
Fi stqarrija ntqal li dan sar ukoll bħala parti mit-twettiq tar-rakkomandazzjoni tal-inkjesta pubblika li ‘l-Istat jirrikonċilja mal-familja ta’ Caruana Galizia.
Intant fi stqarrija separata, il-familja ta’ Caruana Galizia apprezzat il-ġest tal-President ta’ Malta.